L-isprinter Maltija Thea Parnis Coleiro wriet prestazzjoni b’saħħitha fil-European Youth Olympic Festival fejn ikkonfermat postha fil-finali tal-kompetizzjoni tal-200m.
Matul is-semi-finali li saret fil-Grawnd Nazzjonali Todor Proeski, Parnis Coleiro kisbet ħin impressjonanti ta’24.06 sekonda. Hi spiċċat fit-tielet post fil-heats tagħha.
Dan il-ħin mhux biss ikkonsolida l-post tagħha fil-finali, iżda wkoll stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid kemm fil-kategorija Taħt il-18-il sena kif ukoll fil-Taħt il-20 sena.
Il-finali tal-200m se ssir nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ Lulju fid-10:20 a.m.
Il-programm tal-kompetizzjoni għall-jumejn li ġejjin jinkludi wkoll lil Alycia Cassar, li se tikkompeti fl-avveniment tat-Taekwondo fil-kategorija ta’ -63kg nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju mill-11:24 a.m. ‘il quddiem, filwaqt li l-ġinnasta Sophie St. John se tieħu sehem fil-finali tal-Balance Beam nhar is-Sibt 26 ta’ Lulju mill-14:20 ‘il quddiem.
L-avvenimenti kollha jistgħu jixxandru live fuq: https://eoctv.org/live/