Mistoqsija dwar swali fl-Università li fl-aħħar sigħat inbidlu fi swali li jilqgħu sodod, il-Professur Charmaine Gauci qalet li għalkemm sa issa ġiet ikkontrollata s-sitwazzjoni, l-awtoritajiet ma jistgħux jirrilaxxaw is-sitwazzjoni, iżda jkomplu jħejju għal kwalunkwe eventwalità.
Rigward prekawzjonijiet, Gauci qalet li wara s-sajf, għall-perjodu ta’ Ottubru jibda l-perjodu tal-influwenza. Qalet li jista’ jkollok iż-żewġ viruses li se jkunu qed jiċċirkolaw fis-soċjetà.
Qalet li jekk dan se jkun il-każ, dawn il-preparamenti jistgħu jsarrfu biex ipattu għas-sodod li se jkunu bżonjużi għal pazjenti li jintlaqtu miż-żewġ viruses u jkollhom bżonn assistenza medika.