Atlético Madrid qed joqorbu biex jiffirmaw lid-difensur ta’ AC Milan, Theo Hernandez, bil-klabb ta’ La Liga li qed ilesti offerta aktar attraenti ta’ flus.
Id-difensur xellugi jidher li diġà laħaq ftehim fuq it-termini personali mal-klabb Spanjol u għamel pass ieħor lejn il-firma mal-ġganti Spanjoli wara li Atlético ddeċidew li jgħollu l-offerta tagħhom minn €15-il miljun għal xi ċifra eqreb lejn €20 miljun.
Hernandez għandu 27 sena u ilu sitt snin mar-Rossoneri.