Il-Ministru Carmelo Abela meta għalaq id-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar ix-xandir billi qal li fl-intervent li għamlet id-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qajmet il-punt dwar l-għażla tal-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet fix-Xandir Nazzjonali. Il-Ministru Abela fakkar lil Therese Comodini Cachia li qabel is-sena 2013 kien hemm bħala kap tal-kamra tal-aħbarijiet Natalino Fenech, fejn dan kien qabel u tpoġġa hemm bla sejħa. Qal li meta dan kien jittella’ quddiem l-Awtorità tax-Xandir, “kienet tkun Therese Comodini Cachia li tiddefendih fuq il-ħniżrijiet li kien jagħmel”.
Therese Comodini Cachia kienet qed tiddefendi l-ħniżrijiet tal-kap tal-kamra tal-aħbarijiet – il-Ministru Carmelo Abela
