Fuq il-paġna Universitarja tal-Grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Sismika għadha kemm ġiet reġistrata theżżiża kkawżata minn terremot li affettwa l-iktar lill-Italja u lil pajjiżna.
Il-qawwa tat-theżżiża fuq l-iskala Richter kienet ta’ 4.4 u skont l-istess informazzjoni jidher li t-theżżiża oriġinat madwar disa’ Kilometri miż-Żebbuġ Għawdex.
Diversi lokalitajiet madwar il-gżira esperjenzaw din it-theżżiża varjata tant li fuq il-midja soċjali minnufih bdew jinxterdu kummenti ta’ persuni li ħassew sew l-istess theżżiża li jidher li affettwat żoni aktar minn oħrajn.