Hekk kif kien qed jitkellem f’intervista ma’ stazzjon Ingliż, id-difensur veteran mill-Brażil Thiago Silva qal li riesaq lejn il-karriera tiegħu issa li għandu 39 sena għalkemm ma tantx jixtieq jieqaf.
L-eks plejer ta’ AC Milan u Paris St Germain hu wieħed mill-aħjar elementi ma’ Chelsea minkejja l-eta’ tiegħu. Hu qal li jixtieq ikompli iżda jaf li fiżikament diġa’ beda jħoss xi ftit uġigħ ‘l hemm u ‘l hawn.
Thiago Silva qal li familtu tinsab kuntenta f’Londra anke għax uliedu jilagħbu ma’ Chelsea u għalhekk għalissa diffiċli jiċċaqlaq mill-Ingilterra.
Finalment hu temm jgħid li ġaladarba jieqaf mill-futbol milgħub, se jkun qed jieħu xi rwol biex jibqa’ f’din id-dinja li tant iħobb.