Monday, February 24, 2025

Thibaut Courtois lest jirritorna mal-Belġju

Aqra wkoll

Il-goalkeeper veteran Thibaut Courtois mistenni jirritorna jilgħab mat-tim nazzjonali Belġjan hekk kif irkupra sew mill-injury li kellu f’dawn l-aħħar xhur.

F’kumment li ta lill-ġurnal sportiv Spanjol, Courtois qal li ħass ħafna n-nuqqas tat-tim nazzjonali speċjalment il-fatt li jirrapreżenta lil pajjiżu.

Courtois għandu 32 sena u lagħab 102 darbiet mat-tim nazzjonali Belġjan għalkemm ilu sena u nofs ma jkun bejn il-lasti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport