Sunday, October 13, 2024

Thierry Henry mhux se jingħaqad mal-istaff il-ġdid ta’ Julia Nagelsmann

Aqra wkoll

L-eks plejer internazzjonali Franċiż u kowċ Thierry Henry mhux se jingħaqad mal-istaff tekniku l-ġdid ta’ Julian Nagelsmann li mistenni jmexxi lil Paris St Germain sa mix-xahar id-dieħel u b’hekk jieħu post Christopher Galtier.

L-ogħla awtoritajiet fi ħdan PSG qed jgħidu li ma jarawx lil Nagelsmann u Henry kompatibbli flimkien tant li tal-aħħar iddeċieda li lanqas biss jikkunsidra din l-għażla.

Henry kien assistent kowċ mat-tim nazzjonali Belġjan tul it-tazza tad-dinja 2022.

Sport