Il-kowċ ta’ Brentford Thomas Frank qal li Bryan Mbeumo jista’ jitlaq jekk il-klabb potenzjali tiegħu jħallas is-somma mitluba mill-klabb.
Il-player ta’ 25 sena kien wieħed mill-aqwa plejers ta’ Brentford fl-aħħar staġuni u issa qed jiġi marbut mar-rebbieħa tal-Premier League Liverpool, Arsenal, Tottenham, u xi timijiet oħra. Frank qal li jixtieq iżomm lil dan il-plejer iżda huwa konxju li ma jixtieqx itelliflu ċ-ċans li jmur jilgħab ma’ klabb ieħor prestiġġjuż.