Atletico Madrid mistenni jneħħu lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Thomas Lemar. Dan tal-aħħar jixtieq ifittex avventura ġdida u jidher li l-futur tiegħu jista’ jkun fit-Turkija ma’ Fenerbache. Dawn tal-aħħar qed jaħsbu sabiex għal bidu ma jixtrux lill-plejer Franċiż iżda jieħduh fuq bażi ta’ self.
Lemar għandu 27 sena u kien ilu mal-Colchoneros sa mis-sena 2018 fejn lagħab 131 partita u skorja tmien gowls.