Hu rrappurtat li l-ambjent fi ħdan il-klabb Ġermaniż ta’ Bayern Munich xejn m’hu wieħed sabiħ. Wara li f’nofs l-istaġun il-Bavarjani neħħew lil Julian Nagelsmann minn kowċ u ħatru lil Thomas Tuchel, l-affarijiet ftit jidhru li sejrin fid-direzzjoni t-tajba.
L-aħħar intopp qed joħolqu l-attakkant veteran Thomas Muller li ma jistax iniżżilha li mhux qed jilgħab regolari, xi ħaġa li qed iddejqu ħafna.
Hu qed jaħseb sabiex jiġi trasferit u jtemm il-kuntratt li għandu mat-tim minn Munich sa Ġunju 2024.
Muller qal li ma jixtieqx itemm il-karriera tiegħu b’dan il-mod iżda mhux qed iħossu għal qalbu f’din is-sitwazzjoni.