Hemm xnigħat li l-midfielder difensiv mill-Ghana Thomas Partey se jkun qed iħalli lil Arsenal fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Hu se jiskadilu l-kuntratt f’Ġunju li ġej u ma jidhirx li jixtieq iġeddu.
Għalhekk hu se jkun lest sabiex jinnegozja ma’ klabbs oħra prospettivi.
Partey għandu 31 sena u ilu mal-Gunners sa mis-sena 2020. Hu lagħab 109 partiti u skorja seba’ gowls. Fil-passat hu deher ukoll ma’ Atletico Madrid, Mallorca u Almeria.