Hekk kif kollox kien jidher li Thomas Partey kien se jħalli lil Arsenal sabiex imur jilgħab ma’ tim ieħor, pront waslet ir-risposta tal-kowċ Mikel Arteta li qal li dan il-plejer m’hu sejjer imkien u se jibqa’ jilgħab fl-Emirates Stadium.
Fil-fatt, Partey kien qed jissemma’ li jingħaqad ma’ Juventus jew Al Hilal iżda l-istess kowċ Spanjol saħaq li l-plejer hu parti importanti mill-iskema tattiku tat-tim għall-istaġun li ġej.
Partey hu plejer mill-Ghana, għandu 30 sena u ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2020.