Thomas Tuchel huwa miftuħ li jkun interessat li jmexxi lit-team nazzjonali tal-Ingilterra.
Dawn wara li l-coach Ġermaniż tkeċċa b’mod ħesrem mis-sidien il-ġodda ta’ Chelsea f’Settembru li għadda u ġie ssostitwit minn Graham Potter.
Iżda wara xahar barra mill-logħba, Tuchel qed jikkunsidra li jieħu l-irwol ta’ coach nazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Qatar, ix-xahar id-dieħel.
Gareth Southgate jinsab taħt pressjoni kbira li jitkeċċa kemm ilu fit-tmun tat-Tliet Iljuni.
Fil-UEFA Nations League, l-Ingliżi naqsu li jieħdu rebħa minn sitt partita biex ġew relegati għal League B.
Għaldaqstant, teżisti possibbiltá kbira li wara t-Tazza tad-Dinja huwa jitkeċċa mill-kariga tiegħu minkejja li l-kuntratt tiegħu jintemm f’Diċembru 2024.
Min-naħa l-oħra, is-suċċessur ta’ Tuchel fit-teama ta’ Chelsea, Graham Potter, jibqa’ favorit li jinħatar il-coach tat-team nazzjonali minkejja li ffirma kuntratt ta’ ħames snin li fih se jaqla’ £50 miljun mal-Pensioners.
Eddie Howe, Mauricio Pochettino u Steve Cooper huma wkoll fost il-kanditati favoriti.