L-eks manager ta’ Chelsea u Bayern Munich, il-Ġermaniż Thomas Tuchel aċċetta li jieħu r-responsabbiltá tat-team nazzjonali tal-Ingilterra wara li kellu taħditiet mal-Football Association hekk kif t-Three Lions ilhom mingħajr wieħed permanenti minn meta Gareth Southgate rriżenja wara t-telfa fil-finali tal-Euro 2024 kontra Spanja.
Il-coach ta’ Taħt il-21 sena, Lee Carsley, tpoġġa fit-tmexxija fuq bażi temporanja “bil-ħsieb li jibqa’ fil-pożizzjoni matul il-ħarifa” filwaqt li l-FA evalwat bosta għażliet xierqa.