Thomas Tuchel informa lill-uffiċjali ta’ Chelsea biex jagħmlu minn kollox biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.
Il-valur tal-player ta’ 22 sena żdied f’dawn l-aħħar 12-il xahar, bil-Franċiż jagħmel 30 dehra ma’ Monaco dan l-istaġun kif ukoll kiseb ħin regolari ta’ logħob mat-team nazzjonali tiegħu.
Trasferiment għal club ikbar issa huwa meqjus bħala inevitabbli bi clubs bħal Chelsea u Real Madrid bħalissa meqjusa bħala favoriti għall-firma tiegħu.
Iċ-champions Ewropej għamlu l-aktar sforz biex jippruvaw jinnegozjaw it-termini wara li ngħataw struzzjonijiet minn Tuchel biex jagħmlu dan.
Huwa mifhum sar kuntatt mal-aġent tal-player, li jirrappreżenta wkoll lil sieħbu ta’ Chelsea u lid-difensur ta’ Sevilla, Jules Kounde.
Monaco huma lesti li jitolbu aktar minn €80m biex jinfirdu mill-aktar players ta’ valur tagħhom, li għandhom kuntratt mal-club sal-2024.