Thomas Tuchel spjega għaliex Mason Mount ma ġiex utilizzat waqt il-logħba riċenti kontra Newcastle United.
L-internazzjonali Ingliż tħalla barra mill-iskwadra għall-partita riċenti tal-Premier League, u ġie żvelat li kienet marda li żammitu barra.
“Kien pjanat li jibda mal-ewwel 11 imma marad mil-lum għal għada u għalhekk bgħatnieh d-dar Londra biex inkunu nistgħu nieħdu ħsiebu aħjar u biex jirkupra aħjar,” stqarr Tuchel.
Mount skorja hat-trick fl-aħħar prestazzjoni tiegħu waqt ir-rebħa ta’ Chelsea ta’ 7-0 kontra Norwich City fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, iżda n-nuqqas tiegħu ma nħassx wisq lill-Blues.
Dan hekk kif it-team immexxi minn Tuchel żamm postu fil-quċċata tal-Premier League b’rebħa ta’ 3-0 kontra Newcastle, b’Reece James jiskorja doppjetta u Jorginho jiskorja penalty.