Il-manager ta’ Chelsea Thomas Tuchel, qed jagħfas biex il-club tiegħu jagħmel offerta għad-difensur ċentrali ta’ Real Madrid Eder Militao matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Il-player ta’ 24 sena ibbenefika mit-tluq ta’ Raphael Varane u Sergio Ramos biex sar player importanti għal Los Blancos, fejn għamel 30 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.
Militao għad fadallu tliet snin u nofs fil-kuntratt tiegħu fil-Bernabeu, iżda kien hemm suġġerimenti li Real Madrid huma ħerqana li jiddiskutu estensjoni fil-kuntratt mal-internazzjonali Brażiljan.
Il-manager ta’ Chelsea Tuchel huwa ammiratur kbir tad-difensur ċentrali u ta struzzjonijiet lill-Blues biex jagħmlu offerta għalih qabel l-istaġun 2022-23.
Militao, li huwa maħsub li huwa wieħed mill-inqas players li jagħmlu qligħ ma’ Real Madrid minkejja l-importanza tiegħu, ingħaqad mal-ġganti Spanjoli minn ma’ Porto f’Lulju 2019.
Chelsea jistgħu jitilfu lid-difensuri ċentrali Antonio Rudiger, Andreas Christensen u Cesar Azpilicueta bi free transfers fl-aħħar ta’ Ġunju.