Saturday, December 21, 2024

Tibda battalja Ewropea dwar il-baġits u djun

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn – VICTOR VELLA

Hekk kif fl-aħħar sigħat bdew laqgħat bejn il-Ministri tal-Finanzi tal-pajjiżi tal Unjoni Ewropea, liema laqgħat se jkomplu. llum, dawn l-istess laqgħat spiċċaw f’battalja bejn żewġ gruppi. Grupp iridu li l-patt fiskali ikun inqas riġidu għax hekk jitlob il-mument u b’hekk dan jgħin għal tkabbir ekonomiku, waqt li grupp ieħor ta’ pajjiżi jidher li jridu li jiddaħħlu miżuri biex jitnaqqas id-dejn tal-pajjiżi membri u jidher li mhumiex lesti daqstant li jkun hemm inqas riġida fil-qasam fiskali biex il-pajjiżi kollha jilħqu jirkupraw.

Prattikament dawn iridu li jerġa’ jiddaħħal il-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir. Dan qed isir wara li ftit tax-xhur ilu eżattament matul is-sena li għaddiet kienu ttieħdu deċiżjonijiet dwar il-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir u dan bil-għan li l-pajjiżi jkunu jistgħu joħorġu aktar flus biex jiġġieldu l-effetti li kienet qed tħalli l-pandemija kemm mil-lat ekonomiku u anke mil-lat soċjali. Sorsi li tkellmu ma’ talk.mt qalulna li “m’hemm ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin imma mhux meqjus li jkun hemm deċiżjoni filjiem li ġejjin.

Dawn huma l-indikazzjonijiet li qed joħorġu għalkemm jistgħu jinbidlu.” L-istess sors mistoqsi jekk id-diskussjonijiet hux qed jiffukaw fuq li jiddaħħal mill-ġdid il-patt ta’ stabbilità u tkabbir proprju s-sena d-dieħla u li dan minnunfih ifisser limitu kemm il-pajjiżi jistgħu jonfqu, l-istess sorsi qalulna li d-diskussjonijiet kienu wiesa ħafna u kien hemm min tkellem fuq meta se jiddaħħal il-patt. Hemm min qed jitkellem imma li l-infiq għandu jkun indirizzat biex jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku b’ideat innovattivi. L-istess sors qalilna li “nemmnu li din hi t-triq ’il quddiem”.

Ta’ min jgħid li l-UE kienet issospendiet il-limiti fiskali fis-sena 2020 u dan hekk kif ħafna pajjiżi kellhom bżonn iżidu l-infiq tagħhom biex jiġġieldu l-pandemija, b’mod partikolari b’infiq fuq il-qasam tas-saħħa, għajnuna lil setturi ekonomiċi u programmi biex jiġu salvati l-impjiegi. L-istess sors qalilna li issa qed jitqajmu argumenti dwar meta ir-regolamenti fiskali se jerġgħu jiddaħħlu. L-istess sors qalilna li hemm min qed jargumenta li l-patt ta’ stabbilità, li minnu nfih jillimita u jikkontrolla l-infiq

Is-sors spjegalna li “l-Unjoni Ewropea mhix magħquda fuq dan u d-diskussjoni għad trid tiżvolġi. Id-diskussjonijiet iffukaw fuq li jitnaqqas id-dejn u hemm grupp ta’ pajjiżi immexxija mill-Awstrija li qed jagħmlu enfasi fuq
dan. B’mod ġenerali hemm qbil fuq dan il-punt, għax kulħadd hu konxju li livell għoli ta’ dejn mhux sostenibbli. Hemm qbil li d-dejn għandu jitnaqqas. Li m’hemmx qbil hu b’liema mod u kif għandu jsir u dan minħabba li deċiżjoni f’dan is-sens se taffettwa l-industrija, il-ħaddiema u n-negozji”. L-istess sors qalilna li “mid-diskussjoni li għaddejja jidher li hemm grupp ta’ pajjiżi li qed juru xxettiċiżmu tagħhom għal sejħiet minn pajjiżi oħra fosthom dawk tan-Nofsinhar tal-Ewropa, biex ir-reġim fiskali ma jkunx riġidu f’dan il-mument u dan bi skop wieħed li jerġa’ jibda jkun hemm it-tkabbir ekonomiku u l-pajjiżi jirkupraw sew.”

Jidher li l-grupp ta’ pajjiżi li jridu li l-patt ta’ stabbilità u tkabbir ikun introdott kif kien qabel kien sospiż. Dan suppost għandu jerġa’ jiddaħħal fis-sena 2023

Ekonomija

Sport