Sunday, October 27, 2024

Tibda l-avventura ta’ Team Malta fid-WDF Europe Cup

Aqra wkoll

Illum tibda l-avventura ta’ Team Malta fit-Tazza Ewropea organizzata mill-World Darts Federation hekk kif jidħlu fl-azzjoni kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa.

Sadanittant ilbieraħ saret iċ-ċerimonja tal-ftuh fil-kumpless ta’ Samorin fis-Slovakkja fejn fost l-oħrajn, il-plejers Maltin ġarrew il-bandiera Maltija.

It-tim tal-irġiel se jkun magħmul minn Albert Scerri, Jonathan Bilocca, Kirsten Aquilina u Tony Borg bit-team manager li se jkun Ray Gera.

Min-naħa l-oħra, Liliana Abela, Audrey Gauci, Josianne Caruana u Marconia Zammit Borg se jkunu fit-tim nazzjonali tan-nisa

B’kollox se jieħdu sehem 288 plejers tad-darts minn 40 pajjiż differenti. It-turnew jintemm nhar is-Sibt li ġej.

Sport