Ilbieraħ kienet il-ġurnata ta’ Giorgio Chiellini li se jkun qed jokkupa rwol importanti fi ħdan Juventus fejn se jkun qed jieħu r-riedni ta’ Head of Football Institutional Relations. Hu se jkollu d-dover li jitkellem ma’ għaqdiet tal-futbol bħal UEFA, FIFA, ECA u oħrajn sabiex ikun parteċipi fid-deċiżjonijiet li se jittieħdu fil-futbol.
Fi stqarrija, Juventus laqgħu lura lill-eks difensur tagħhom u qalu li hu qatt ma waqaf iħobb lil La Vecchia Signora. Huma qalu li Chiellini jirrappreżenta mhux biss il-passat tal-Bianconeri iżda wkoll il-preżent u l-futur sabiħ li se jkollu.