Saturday, August 9, 2025

Tibda l-ewwel fażi li se twassal għal Skola Primarja ġdida fin-Naxxar

Aqra wkoll

Proġett infrastrutturali li se jwassal għall-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tan-Naxxar, parti mill-Kulleġġ Marija Reġina, qiegħed fl-ewwel fażi tiegħu, billi beda x-xogħol marbut mat-twaqqigħ tal-binja eżistenti.

F’din l-ewwel fażi tal- proġett qed isiru l-pre­pa­ramenti biex eventwalment jitwaqqa’ l-bini l-antik, li minnu se tinżamm il-faċċata minħabba l-karatteristiċi tagħha.

“Dan huwa proġett ieħor ta’ kostruzzjoni ta’ skola ġdida u konferma oħra tal-impenn sod tal-Ministeru u tal- Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) għal infrastsostenibbli,” qal il- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċer­ka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li flimkien mal-Ministru għall-Fondi Ew­ro­pej u l-Implimentazzjoni tal- Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, ilbieraħ żaru s-sit.

L-iskola l-ġdida se jkollha total ta’ 46 klassi, fosthom 20 klassi għall-kindergarten. Filwaqt li l-iskola l-antika kie­net mifruxa fuq żewġ sulari, il-binja l-ġdida se tkun fuq ħames sulari, żewġ sulari taħt l-art għal skopijiet anċillari u tlieta ’l fuq mill-livell tat-triq.

Minħabba li se tinżamm il-faċċata eżistenti, is-sular il-ġdid se jkollu disinn li jirrispetta l-faċċata eżistenti. Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi enfasizza l-im­portanza ta’ dan l-investiment fil-qasam edukattiv u fil-ko­munità lokali tan-Naxxar. 

Huwa saħaq li dan il-proġett, li qed isir bl-appoġġ tal-Fond Ew­ropew għall-Iżvilupp Reġjonali, se joffri ambjent modern, inklużiv u sostenibbli għall-istudenti u l-edukaturi.

L-iskola se tinkludi wkoll għadd ta’ klassijiet għal suġġetti speċifiċi fosthom l-arti, il-mużika, id-drama kif ukoll kċina industrijali, faċilitajiet sportivi, spazji rikreattivi, multi-sensory room, u sala għal użi differenti kif ukoll librerija li tista’ tinfetaħ għall- komunità wara l-ħi­ ni­ jiet tal- iskola. 

Fuq il-bejt tal-iskola se jinħoloq spazju aħdar li fih l-istudenti jista’ jkollhom esperjenza diretta fuq il-kura tas-siġar u l-pjanti. L-iskola l-ġdida se tkun

mgħammra b’għamara ġdida li tħeġġeġ aktar l-inklużjoni fit-tagħlim, filwaqt li se jkunu introdotti miżuri effiċjenti fl- enerġija, fosthom l-instal­lazz­joni ta’ pannelli fotovol­ tajċi. Il-binja l-ġdida se tkun mifruxa fuq madwar 13,000

metru kwadru fuq ħames livelli, bi 3,000 metru kwadru minnhom dedikat għall-attivitajiet li jsiru fi spazji mif­ tuħin u se takkomoda madwar 1,000 tifel u tifla, kemm fl- iskola primarja, kif ukoll fil-kindergarten.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport