Minn din il-ġimgħa bdiet il-ħajja l-ġdida tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Juventus Nicolo Fagioli. Dan tal-aħħar inqabad jagħmel imħatri tal-futbol fuq siti elettroniċi illegali u ġie sospiż għal sena, maqsuma seba’ xhur barra mill-grawnd u ħames xhur ta’ rijabilitazzjoni.
Minkejja kollox, Juventus iddeċidew li jżommulu s-salarju normali tiegħu u li jħalluh jitħarreġ l-istess bħalma kien qed jagħmel dan l-aħħar. Hu se jkun jista’ jilgħab logħbiet mhux uffiċjali iżda waqt il-logħbiet tas-serie A jew il-Coppa Italia, hu jkun biss qalb l-ispettaturi.
Stqarrija minn Juventus qalu li bħalissa Fagioli għandu bżonn l-għajnuna aktar milli jużaw id tal-ħadid fuqu.
Fagioli mistenni jidħol jilgħab fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat f’Mejju li ġej.