Sunday, November 24, 2024

Tibda l-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali għall-Baġit 2025

Aqra wkoll

Fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp ekonomiku u Soċjali (MCESD) f’dawn l-aħħar jiem inbeda l-proċess ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-Baġit għas-sena d-dieħla. F’dan il-proċess, bħal snin oħra, l-imsieħba soċjali kollha jkunu jistgħu jiġu b’pożizzjoni tal-MCESD dwar proposti ta’ qabel il-baġit.  

Il-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn tmexxiet mid-Deputat Chairman Mark Musù u fiha kien involut l-ekonomista Gordon Cordina li mexxa laqgħat individwli mal-membri kollha tal-MCESD, inklużi l-Unjins, l-organizzazzjonijiet ta’ Min Iħaddem, il-Kumitat tas-Soċjetà Ċvili, u l-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex, u 

Waqt l-istess laqgħa ta’ konsultazzjoni ta’ qabel il-baġit, il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana spjega lill-imsieħba soċjali li l-Gvern se jkun qed iressaq il-pjan fiskali tiegħu fuq terminu medju lill-Kummissjoni Ewropea sal-20 ta’ Settembru.

Minkejja l-konsolidazzjoni fiskali li se twassal għal defiċit u piż tad-dejn aktar baxx, il-Gvern xorta se jkun f’pożizzjoni li jnaqqis it-taxxa, iżid in-nefqa fuq il-protezzjoni soċjali, u jalloka r-riżorsi meħtieġa għall-investiment kapitali. 

Fil-laqgħa sar intervent ukoll mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, li radd ħajr lill-imsieħba soċjali kollha għall-proposti siewja li qed imexxu qabel il-baġit u semma l-ippjanar ta’ laqgħat skedati li se jsiru qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tad-dokument ta’ qabel il-baġit.

L-imsieħba soċjali enfasizzaw l-importanza tas-sostenibbiltà fiskali u saħqu dwar iktar effiċjenza fis-settur pubbliku. Tkellmu wkoll fuq taxxa iktar ġusta u għaqal fl-ispiża tal-Gvern.

Fost numru ta’ suġġetti li qajma, l-Imsieħba Soċjali tkellmu fuq tisħiħ tal-konnettività bejn Malta u Għawdex, ir-riforma tal-Public Procurement, l-investiment fl-infrastruttura tal-kura tas-saħħa, l-iżgurar ta’ governanza tajba għal użu aktar effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-UE, il-promozzjoni ta’ turiżmu ta’ kwalità, u l-indirizzar tal-kwistjonijiet tat-traffiku.

Ġet enfasizzata wkoll il-ħtieġa għal viżjoni ekonomika ċara fost l-imsieħba soċjali. Dawn il-proposti kellhom l-għan li jiżguraw approċċ ibbilanċjat għat-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, u l-iżvilupp soċjali filwaqt li tinżamm ir-responsabbiltà fiskali fil-baġit għas-sena 2025.

F’din il-laqgħa il-GWU kienet preżenti permezz tas-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja.

Sport