Monday, December 9, 2024

Tibda l-kumpilazzjoni fil-konfront taż-żewġt irġiel mixlija bi traffikar u importazzjoni ta’ 146 kg kokaina

Aqra wkoll

Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, bdiet il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront ta’ Roderick Camilleri ta’ 44 sena residenti Birżebbuġia u Darren Dimech ta’ 46 sena residenti l-Fgura mixlija bi traffikar u importazzjoni ta’ 146kg kokaina.

FIl-Qorti il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Mark Mercieca u John Leigh Howard xehdu fl-aħħar xhur, ingħad li l-Ġulizija ta’ kontra droga bdiet investigazzjoni dwar importazzjoni ta’ oġġetti illegali fosthom droga, ġewwa il-Port Ħieles.

Ġie spjegat kif nhar it-Tlieta li għadda, il-Pulizija irċeviet xi informazzjoni li dakinhar x’aktarx kien ser joħrog xogħol irregolari minn ġewwa l-istess port u għalhekk l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet bdew immedjatament. 

Fix-xhieda tagħha, il-Prosekuzzjoni rrimarkat li fost il-vetturi li ġew spezzjonati, twaqqaf trakk aħdar. Minn tfittxija illi saret kemm fil-kabina, kif ukoll wara is-seat tax-xufier u tal-passiġġier, instabu xkejjer imdaqqsin bi blokok b’sustanza suspettata kokaina. 

L-Ispetturi Mercieca u Howard qalu li minbarra dak, instabet ukoll kontejner bis-siġill maqtugħ, li minnu ħarġet l-istess droga. Irriżulta li fit-trakk kien hemm 105 blokka fi tlett xkejjer separati u 41 blokka ġo xkora oħra. 

Immedjatament il-Pulizija arrestaw liż-żewġt irġiel fuq il-post u immedjatament dawn kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei, hekk kif kienu qed jilmentaw li kellhom xi uġigħ f’sidirhom. 

Mal-Pulizija, wieħed mill-akkużati spjega li dakinhar l-akkużatl-ieħor kien offrielu bejn €5,000 u €10,000 sabiex itih assistenza fil-ġbir tal-merkanzija mill-Port Ħieles. Huwa stqarr li ma kienx jaf x’fiha l-merkanzija, iżda kien konxju li hija waħda illegali minħabba l-ammont sostanzjali ta’ flus li ġie offrut mill-akkużat l-ieħor. 

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mark Mercieca, John Leigh Howard u Francesco Mizzi flimkien mal-Avukat Maria Francesca Spiteri f’isem l-Avukat Ġenerali.

Għall-akkużati qed jidhru l-Avukati Jason Azzopardi, Kris Busietta, Alessandro Farrugia, l-Avukat George Anton Buttigieg u Franco Debono.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport