Tuesday, April 30, 2024

Tibda l-kumpilazzjoni ta’ Nazzareno Dalli mixli b’attentat ta’ qtil ta’ 2 ibniet

Aqra wkoll

Dalgħodu bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Nazzareno Dalli ta’ 43 sena minn Bormla. Hu qiegħed jiġi akkużat quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia li fit-12 ta’ Marzu pprova joqtol żewġt ibniet waħda ta’ 12 u l-oħra u 15-il sena. Qed jiġi akkużat ukoll li kkaġunalhom feriti gravi b’sikkina.

Hekk kif bdiet il-kumpilazzjoni, Dr Etienne Savona l-Avukat mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali talab lill-Qorti għal ħruħ ta’ ordni ta’ protezzjoni fuq l-omm u anke fuq iż-żewġ minuri. Dan wara li nġabret informazzjoni mill-Pulizija li fuq Facebook ittella’ post li kien immirat għal omm il-vittmi.

Id-difiża mill-ewwel opponiet għal din it-talba fuq il-bażi li Dalli għadu miżmum taħt arrest fil-Ħabs ta’ Kordin. Qalet ukoll li l-informazzjoni li għandha l-pulizija ma tissodisfax dak li tgħid il-liġi.

Il-Qorti qablet mad-difiża li la l-akkużat għadu taħt arrest ordni ta’ protezzjoni m’hemmx il-ħtieġa tagħha minħabba li l-imputat l-unika kuntatt li jista’ jagħmel jiġi kkontrollat mill-awtoritajiet tal-ħabs.

Id-difiża mmexxija mill-avukat Arthur Azzoppardi talbet lill-Qorti biex qabel tingħata x-xhieda tat-tfal, huma għandhom ikollhom ix-xhieda li l-istess tfal taw fl-inkjesta biex tkun tista’ tagħmel kontra eżami.

L-avukat difensur qal li qabel ma jixhdu t-tfal mhux se tkun qiegħda tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport