AĠĠORNAT: Il-Prim Ministru Dr Robert Abela ħabbar li l-Gvern kien qiegħed jgħaddi 100,000 euro lil Malta Community Chest Fund.
Ftit tal-ħin ilu għadha kemm bdiet it-30 edizzjoni ta’ L-Istrina li hija maratona ta’ 12-il siegħa ta’ ġbir b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
L-Istrina qiegħda tixxandar mill-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop nfetħet mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mill-President Myriam Spiteri Debono, l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.

