Tuesday, September 16, 2025

Tibda tintlagħab il-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Illum jingħata bidu għall-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Cham­pions Lea­gue li fiha jieħdu sehem 36 team.Kull wieħed minnhom irid jil­għab kontra tmien avversarji differenti, fuq bażi ta’ erbgħa home u erbgħa away.

L-ewwel tmien timijiet jik­kwalifikaw b’mod awto­matiku għall-Aħħar 16. It- timijiet li jispiċċaw bejn id-disa’ u l-24 post jilagħbu fi play-off fuq żewġ legs biex ikunu magħrufa t-tmien timijiet l-oħra. It-timijiet li jispiċċaw mill-25 post ‘l isfel jiġu eliminati.

Iċ-champions renjanti, Pa­ris St-Germain jibdew id-difiża  f’darhom kontra Atalanta.

L-aħħar dehra tagħhom fuq il-palk internazzjonali kienet il-finali tas-Super Cup Ewropea meta għelbu lil Tottenham 4-3 bil-penalties wara draw ta’ 2-2.

Peró, il-Pariġini għadhom qed jiddominaw ix-xena do­mestika meta għandhom punti massimi minn erba’ partiti.

Min-naħa tagħhom, Ata­lanta jinżlu b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 fuq Lecce.

Arsenal imorru jilagħbu għand Athletic Bilbao u jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti minħabba l-bidu qawwi fil-Premier League Ingliż li huwa meqjus bħala l-aħjar fid-dinja.

Huma ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 fuq Nottingham Fo­rest u jinsabu fit-tieni post tal-klassifika.

Juventus jilqgħu lil Borussia Dortmund. Il-Bianconeri jimmiraw li jkomplu jibnu fuq il-bidu pożittiv hekk kif qed jaqsmu l-ewwel post ta’ Serie A flimkien ma’ Napoli.

Huma ġejjin minn rebħa drammatika kontra r-rivali eterni Inter bl-iskor ta’ 4-3, bil-goal tar-rebħa jasal proprju fil-91 minuta.

Min-naħa tagħhom, Inter imorru jilagħbu l-Olanda biex jaffrontaw lil Ajax fejn jippruvaw jinsew dan id-diżappunt biex jinżlu lu­ra b’rebħa.

Il-leaders ta’ La Liga, Real Madrid, għandhom jiksbu t-tliet punti meta jiltaqgħu kontra Marseille li jinsabu fis-seba’ post ta’ Ligue 1.

Partita mill-aktar interes­santi tkun dik bejn Manchester City u ċ-champions Taljani, Napoli.

It-tnejn ġejjin minn reb­ħa. Filwaqt li n-Naplitani għelbu lil Fiorentina 3-1 barra minn darhom, is-City kisbu rebħa impressjonanti fuq Manchester United bl-iskor ta’ 3-0.

F’din il-partita ddebutta l-goalkeeper Taljan, Gian­luigi Donnarumma, li f’waq­tiet kien figura determinanti u għaldaqstant f’dan il-konfront l-attenzjoni se tkun fuqu.

Liverpool ikunu mpenjati f’partita diffiċli meta jilqgħu lil Atletico Madrid.

Minkejja li ċ-champions Ingliżi jinsabu fil-quċċata tal-Premier League, xejn ma huma qed jimpres­sjonaw, tant, li f’ċertu partiti daħki­tilhom il-fortuna biex kisbu r-rebħa.

Nhar il-Ħadd li għadda, huma marru għand Burnley u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 … proprju minn penalty fil-95 minuta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport