Saturday, September 14, 2024

Tibda titella’ The Malta Comic Con fl-MFCC Ta’ Qali

Aqra wkoll

Bejn illum u għada, fil-Malta Fairs & Conventions Centre f’Ta’ Qali qed titella’ l-Konvenzjoni ta’ The Malta Comic.

Din l-attivita qiegħed titella mill-Għaqda Mhux Governattiva ‘Wicked Comics’ li ġie mwaqqfa fl-2005. Minn meta twaqqfet din l-NGO dejjem offriet spazju lil artisti lokali u anke offriet opportunitajiet lil dawk kollha li riedu jitgħallmu dwar il-Comics.

L-ewwel Konvenzjoni li qatt saret f’Malta minn ‘Wicked Comicsż kien fl-2009 u minn dakinhar ‘il quddiem din daħlet fil-kalendarju kulturali ta’ kull sena. Din se ddum miftuħa sa għada fis-7.00pm.

Għal din il-Konvenzjoni hemm diversi attivitajiet fosthom dawk ta’ divertiment u anke edukattivi li huma mmirati kemm għat-tfal u anke għal adulti. Aktar minn hekk in-nies li se jattendu se jkollhom l-opprortunita li jiltaqgħu ma’ artisti kbar ta’ Comics ta’ fama internazzjonali li qegħdin f’pajjiżna għal din l-okkażjoni.

Ekonomija

Sport