Ritratti meħudin minn dan is-sit ftit tal-ħin ilu jikkonfermaw il-konkorrenza ta’ persuni li sa minn kmieni qegħdin ikomplu jilqgħu l-istedina tal-awtoritajiet Maltin biex jitlaqqmu mingħajr appuntament kontra l-Covid-19.
Dan is-servizz tħabbar fl-aħħar jiem mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed jaġġorna lill-pubbliku dwar l-pjan tal-awtoritajiet Maltin biex kemm jista’ nilqgħu kontra l-pandemija b’mod nazzjonali.
Dan is-servizz se jkun qiegħed jingħata wkoll minn Raħal Ġdid is-Sibt li ġej kif ukoll se jkunu qed isiru xi sessjonijiet filgħaxija fil-jiem li ġejjin biex aktar persuni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess servizz.