Il-poplu Malti u Għawdxi rrikorra bil-kbir biex offew oġġetti li diġà bdew jittieħdu lejn it-Turkija fiż-żoni milqutin mit-terremot.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’avviż fuq il-midja soċjali li llum hija l-aħħar ġurnata li wieħed jista’ jagħti donazzjoni. Fil-fatt, illum l-Istazzjoni tat-Tifi tan-Nar ta’ Ħal Far se jibqa’ miftuħ sal-5.00pm.
07.41pm (Is-Sibt) – Tibqa’ tispikka l-ġenerożità tal-poplu Malti
Fl-aħħar sigħat aktar persuni marru fil-postijiet indikati mill-awtoritajiet biex jagħtu b’donazzjoni l-oġġetti mitluba biex b’hekk jittieħdu lejn it-Turkija fiż-żoni milqutin mit-terremot.
Dawn huma mill-ftit mill-ħafna affarijiet li nġabru llum. Dan kollu juri l-ġenerożità tal-poplu Malti.
Intant aktar minn 25,000 persuna ġew iddikjatati mejtin kawża tat-terremot u dan in-numru mistenni li jkompli jitla’ hekk kif jitneħħa aktar terrapien. Il-ħaddiema tas-salvtaġġ għaddejjin lejn u nhar ifittxu għal persuni li għadhom irrapportati neqsin.
Dan filwaqt li eluf kbar ta’ persuni li tilfu kulma kellhom qegħdin jgħixu f’tined li ħafna minnhom ġew ipprovduti mill-komunità internazzjonali.