Sunday, December 22, 2024

Tibża’ li jekk tmur lura l-Iran joqtolha… kien jaħraqha bl-imgħarfa biex tqum għat-talb

Aqra wkoll

Omm u bint mill-Iran ħarbu minn pajjiżhom u marru t-Turkija. Dan minħabba l-abbuż kontinwu tar-raġel fuq l-omm. Hu kien jheddidha li jekk tipprova taħrab, joqtolha. Issa qed tibża’ li flimkien ma’ bintha ser jintbagħtu lura pajjiżhom u żewġha jsibha u joqtolha. 

Parisa tgħid li kien jaħraqha bl-imgħarfa meta ma kinitx tqumx fil-ħin għat-talb ta’ filgħodu. Kien anke jaqtgħalha idha jekk ma tilbisx kmiem twal. Darba saħansitra spiċċat l-isptar wara li żewġha waddbilha barmil ilma jagħli u hemm saret taf li kienet tqila. Kien f’dak il-mument li ddeċidiet li taħrab mill-pajjiż. 

Kienet tirċievi ħafna messaġġi ta’ theddid mingħandu, fosthom li jaf fejn qiegħda u li ser jiġi għaliha biex jeħodha lura miegħu.

L-attivisti tad-drittijiet umani qalu li n-numri ta’ każi ta’ theddid fl-Iran dejjem qed jiżdiedu. Dawn in-nisa jispiċċaw vittmi mill-irġiel jew membri tal-familja tagħhom stess. Huma jiġu akkużati li qed iġibu mistħija fuq il-familja bl-attitudni tagħhom. 

Ekonomija

Sport