Friday, May 17, 2024

Tiċċara dwar in-nuqqas ta’ tqassim ta’ boroż b’xejn lir-residenti għas-separazzjoni tal-iskart

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fi stqarrija li ħarġet informat lir-residenti kollha illi l-boroż ħodor jew griżi li jitqassmu mill-Kunsilli Lokali, jiġu provduti mill-iskemi privati li huma liċenzjati sabiex joperaw u jimmaniġġjaw l-iskart riċiklabbli, anki skont kuntratti li huma għandhom mall-Kunsilli Lokali.

“Nifhmu li ilu jkun hemm nuqqas ta’ dan is-servizz għal diversi xhur u nifhmu wkoll li r-residenti jilmentaw mall-Kunsill Lokali għaliex huwa l-eqreb awtorità tagħhom. Madankollu, minkejja li l-Kunsilli Lokali jagħmlu l-pressjoni kollha mal-iskemi sabiex ir-residenti tagħhom jingħataw is-servizz, din hija xi ħaġa li m’għandhomx kontroll fuqha,” qalet l-Assoċjazzjoni.

“L-Assoċjazzjoni Kunsilli f’isem il-Kunsilli Lokali, se tkun qed tkompli tagħmel pressjoni fuq dawn l-iskemi privati sabiex is-servizz meħtieġ jibqa’ kif mistenni. L-Assoċjazzjoni se tesplora wkoll possibiltajiet oħra anki mal-WasteServ, sabiex dan is-servizz ikun jista’ jibqa’ jingħata fil-futur.”

Fl-istess waqt, ħeġġet ukoll lill-istess residenti sabiex jibqgħu juru responsabbiltà ċivika li dejjem urew u minkejja dan in-nuqqas min-naħa tal-iskemi, jibqgħu jagħmlu l-almu tagħhom u jisseparaw l-iskart domestiku taghhom.

Sport