Monday, December 30, 2024

Tidher il-Kometa A3… terġa’ tidher mid-dinja 80,000 sena oħra

Aqra wkoll

Il-Kometa C/2023 A3 jew kif inhi magħrufa aħjar bħala Tsuchinshan-Atlas fl-aħħar jiem kienet qiegħda tidher minn diversi postijiet madwar id-dinja fosthom anke fuq il-belt ta’ Londra.

Iżda jekk int wieħed minn dawk li ma rnexxilekx tara din il-kometa, tlift kull ċans f’ħajtek hekk kif issa terġa’ tidher mid-dinja 80,000 sena oħra.

Tsuchinshan-Atlas li tinsab 44 miljun mil ‘il bogħod mid-dinja wieħed jista’ jara anke mingħajr binoculars jew telescope.

Bħalissa din il-kometa tinsab f’nofs il-vjaġġ tagħha madwar is-sistema solari tagħna liema vjaġġ idum għaddej 80,000 sena. Kien is-sena li għaddiet meta l-kometa ġiet innutata permess ta’ telescope fl-Afrika t’Isfel. Kien hemm indikazzjonijiet ċari li matul din is-sena, din se tkun qiegħda tgħaddi qrib tad-dinja.

Il-kometa tivjaġġa b’veloċità ta’ 150,000 mil fis-siegħa.

Ekonomija

Sport