Wednesday, July 24, 2024

Tidħol l-isptar ftit sigħat qabel it-tieġ u twelled tarbija qabel iż-żmien

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Koppja li kienu ilhom joħorġu flimkien għal madwar ħames snin, ippjanaw it-tieġ tagħhom għal Mejju 2022. Meta saru jafu li kien se jkollhom tarbija lejn Ġunju huma ddeċidew li jkomplu bil-preparamenti tat-tieġ minħabba li kien hemm xahar differenza. 

Iżda mbagħad ġara dak li ma stennewx. L-uġigħ beda minn qabel u proprju fil-ġurnata tat-tieġ l-għarusa kellha tidħol l-isptar. Ftit sigħat wara l-koppja kellhom tifel li semmewh Rory u t-tieġ kellu jitħassar. 

L-għarusa qalet li qatt ma bassret li kienet se twelled daqshekk qabel iżda minkejja kollox dan kien l-isbaħ rigal tat-tieġ li qatt setgħet tirċievi. 

Hija qalet li kull għarusa tkun tixtieq li jkollha tieġ memorabbli u fil-każ tagħha, Rory għamel ċert li ommu tibqa’ tiftakar din il-ġurnata għal dejjem. Il-koppja qalet li kien impossibbli li jipposponu l-ġurnata tat-tieġ ftit sigħat qabel għalhekk jittamaw li fil-futur qarib jerġgħu jippjanawh mill-ġdid.

Ekonomija

Sport