Tifel ta’ 6 snin qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:15 p.m kien involut f’inċident fi Triq il-Madliena fis-Swieqi.
Minn stħarriġ iilli sar irriżulta li t-tifel waqa’ żewġ sulari mill-bejt, waqt li kien qiegħed jilgħab logħba futbol fuq il-bejt ta’ residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin