Saturday, December 21, 2024

“Tifel bil-frak f’rasu rrakkuntali kif ommu nħarqet ħajja wara l-isplużjoni”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iċ-ċkejken Artem jinsab iħares issummat. Huwa jinsab iżomm f’idu ġugarell iżda ma jlissen l-ebda kelma hekk kif l-ispeċjalisti jkomplu jħarsu mill-qrib il-kundizzjoni tiegħu. L-isplużjoni kkawżata mir-Russi ħalliet frak f’żaqqu u darbet serjament lill-ġenituri tiegħu u lin-nanniet waqt li ppruvaw jaħarbu minn Mariupol. Vittma ta’ Putin u l-invażjoni tiegħu minkejja li għad għandu biss inqas minn tliet snin.

Maġenbu hemm Masha ta’ 15-il sena li wkoll kienet tgħix viċin Mariupol. Spiċċat b’amputazzjoni f’sieqha l-leminija wara li tilfitha fl-istess splużjoni.

Dawn u oħrajn innoċenti jistgħu jiġu nnutati f’ritratti u filmati li ttieħdu fl-aħħar sigħat mir-Regional Children’s Hospital li jinsab viċin il-belt ta’ Zaporizhzhia.

Skont rapporti li saru jidher li l-ġrieħi hemm tama li jittaffew jew li jirkupraw minnhom, iżda t-trawma se tinġarr minnhom għal dejjem.

Wieħed mit-tobba f’dan l-isptar tkellem dwar il-mibegħda li nibtet fih meta ra l-innoċenza ta’ dawn iċ-ċkejknin u s-sofferenzi li għaddejjin minnhom.

Yuri Borzenko qal “Nobgħod lir-Russja. Iċ-ċkejkna li spiċċat tilfet sieqha ma riditx tiftaħ ħalqha għal ġranet sħaħ. Tifel ieħor ġie bi frak f’rasu ddeskriva mingħajr l-ebda emozzjoni kif ra lil ommu tinħaraq ħajja fil-karozza wara l-isplużjoni”.

F’Mariupol qiegħed iseħħ diżastru umanitarju hekk kif qiegħed ikun ikkalkulat li 90 fil-mija tal-binjiet spiċċaw imġarrfin jew meqrudin kompletament.

Ekonomija

Sport