Tuesday, November 25, 2025

Tifel b’kundizzjoni rari jissorprendi lit-tobba wara l-ewwel terapija ġenetika fid-dinja

Aqra wkoll

Tifel ta’ tliet snin ħalla lit-tobba mistagħġbin bil-progress tiegħu wara li sar l-ewwel persuna fid-dinja bil-marda tiegħu li rċieva terapija ġenetika meqjusa “rivoluzzjonarja”. 

Oliver Chu għandu kundizzjoni rari u ereditarja msejħa Hunter suyndrome – jew MPSII – li tikkawża ħsara progressiva lill-ġisem u l-moħħ.

Fil-każijiet l-aktar severi, il-pazjenti b’din il-marda normalment jitilfu ħajjithom qabel l-età ta’ 20 sena. L-effetti xi kultant jiġu deskritti bħala tip ta’ dimenzja fit-tfulija.

F’ewwel każ tax-xorta tiegħu fid-dinja, l-istaff mediku f’Manchester ipprova jwaqqaf il-marda billi biddel iċ-ċelloli ta’ Oliver permezz ta’ terapija ġenetika.

Il-Prof. Simon Jones, li qed jikkordina l-proċess qal lill-BBC: “Ilni nistenna 20 sena biex nara tifel bħal Ollie sejjer daqshekk tajjeb, u dan hu tassew inkoraġġanti.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport