Tifel ta’ għaxar snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tan-12.30pm wegga’ waqt li kien f’għalqa fl-Għasri Għawdex.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li t-tifel inqabad bejn żewġ inġenji. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lit-tifel biex ikun jista’ jinghata l-għajnuna.
Tim mediku mill-isptar Ġenerali t’Għawdex bħalissa qegħdin ilestu lit-tifel biex jittieħed b’helikopter l-isptar Mater Dei.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta.