Sunday, November 24, 2024

Tifel Ingliż jirċievi riżultat pożittiv wara li fl-aħħar jiem ġie dijanjostikat b’kundizzjoni rari

Aqra wkoll

Tifel ta’ erba’ snin li ftit tal-jiem ilu ġie dijanjostikat b’kundizzjoni magħrufa bħala Kawsaki għadu kemm ingħata aħbar pożittiva.

“Irċevejna aħbar tajba immens dwar l-aħħar scan li sar fuq il-qalb ta’ Ronnie … il-kundizzjoni lħaqnieha fil-bidu u b’hekk qbadna niġġildulha kmieni biżżejjed tant li ma laħqitx ikkawżatlu ħsara f’qalbu,” qalet ommu, Sophie Hinchcliffe, f’kitba li qasmet mas-segwaċi tagħha ta’ Instagram nhar il-Ħadd li għadda.

Sophie, mara ta’ 33 sena, miżżewġa lil Jamie u omm ta’ żewġ subien — Ronnie t’erba’ snin u Lennie t-tifel iż-żgħir li għandu sentejn — kompliet tgħid li qatt daqs dawk il-jiem ma ħassitha mbeżża’ daqshekk.

F’Ġunju li għadda, Ronnie ddaħħal l-isptar b’emerġenza wara li żviluppatlu kundizzjoni rari magħrufa bħala Kawasaki, liema kundizzjoni taffettwa l-vini li jgħaddi minnhom id-demm u tikkawża infjammazzjoni: “Il-Kawasaki hija kundizzjoni rari u li ma tittiħidx minn persuna għall-oħra. Din il-kundizzjoni taffettwa lil tmint itfal minn kull 100,000 tifel u tifla fir-Renju Unit li għandhom inqas minn ħames snin,” fissret Sophie.

“Ftit tal-jiem ilu daħħalna lil Ronnie l-emerġenza. Tawh l-antibijotiċi neċessarji, però, donnu xejn ma beda jaqbel miegħu. Infatti, il-kundizzjoni tiegħu qelbet mill-ħażin għall-agħar … it-tobba u l-infermiera għamlulu diversi tesijiet tad-demm u scans. Konna wisq anzjużi biex nirċievu xi tip ta’ riżultat,” kompliet tirrakkonta l-omm.

Minkejja li dawn l-aħħar jiem kienu diffiċli għalihom, hija sostniet li din l-aħbar riċenti reġgħet imliethom b’tama u ferħ kbir: “Għalissa se jibqgħu jsirulu xi testijiet minn żmien għall-ieħor, però, il-ferħ li qed inħoss bl-aħbar li rċevejna huwa indeskrivibbli”.

Sport