Tifel ta’ 13-il sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ bir-rota f’gandott. L-inċident seħħ fi Triq Sant’Antnin, f’Għajnsielem, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tifel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.