Tifel ta’ 14-il sena sofra ġrieħi gravi fil-bajja ta’ Tignè. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 p.m.
Jidher li t-tifel prova jaqbeż fil-baħar, madankollu hekk kif qabeż huwa laqat il-blat.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassitu lit-tifel u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.