Tifel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Santu Wistin, iż-Żejtun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħ impatt bejn karozza Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta u rota misjuqa minn tifel ta’ 13-il sena residenti ż-Żejtun.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lit-tifel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.