Monday, May 20, 2024

Tifel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Tifel ta’ 13-il sena, għall-ħabta tal–11.30am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax  weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ta’ Torba, Ħ’Attard.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tifel intlaqat minn Toyota RAV4, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti Marsaskala.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport