Sunday, December 22, 2024

Tifel marid bil-kanċer jixtieq li tintemm il-gwerra fl-Ukrajna biex jara lil missieru

Aqra wkoll

Familja fl-Ukrajna, għaddejja minn żminijiet diffiċli hekk kif il-misser intlaqat minn sparatura waqt li kien qed jiġġieled fil-gwerra. Apparti dan kollu, bħalissa ibnu t’erba’ snin qed jiġġieled il-battalja kontra l-kanċer. 

Filwaqt li l-missier kien qed jiġi rikoverat fl-isptar, iċ-ċkejken kien jinsab fix-xelter ta’ sptar ieħor fi Kiev mal-kumplament tal-familja tiegħu minħabba l-attakki tal-gwerra. Ftit tal-jiem ilu t-tifel ħareġ mill-isptar iżda għadu ma fieqx għalkollox. 

It-tifel li kien ilu ma jara l-missieru minn Frar, wera x-xewqa li missieru ma jibqax suldat. Jixtieq biss li l-gwerra tiġi fi tmiemha sabiex missieru jkun jista jingħaqad lura magħhom. F’Lulju li għadda l-missier ingħata ċ-ċans li jagħti sorpriża lill-familja tiegħu u tħalla jżurhom fl-isptar fejn kien jinsab it-tifel.  

Huwa spjega kif it-tifel ma riedx jitilqu hekk kif rah mill-ġdid tant li raqad maġenbu u ma afdahx minuta waħda. Il-missier jixtieq li jerġa’ jżur lill-familja tiegħu fil-futur qarib iżda qal li l-ewwel dmir tiegħu huwa li jmur lura għax-xogħol hekk kif saħħtu tkun tajba. 

Il-missier spjega kemm hija diffiċli li tkun qed tiġġiled għal pajjiżek u fl-istess waqt ikollok ibnek żgħir li qed jiġġieled din il-battalja qarrieqa. 

Aktar minn elf tifel u tifla kellhom jitilqu barra mill-pajjiż sbiex tingħatalhom il-kura meħtieġa f’pajjiż aktar sigur. 

Ekonomija

Sport