Liam Daly, tifel ta’ 12-il sena, sar l-iżgħar tifel mill-Gżejjer Maltin li qatt wettaq għawma ta’ 11-il kilometru. Uffiċjali ta’ ‘The Malta Records’ li kienu qegħdin isegwu lit-tifel mill-qrib qalu li hu rnexxielu jgħum dawn il-kilometri f’ħin ta’ 3 sigħat u 54 minuta.
It-tifel għamel din l-għawma biex iqajjem kuxjenza dwar l-indafa fil-baħar tant li qiegħed jitlob lill-pubbliku biex jagħtu donazzjonijiet lin-Nature Trust.
Liam telaq miż-żona ta’ Popeye village u daħal fi Mġarr ix-Xini, f’Għawdex. Matul il-ħin li kien qiegħed jgħum hu kellu jgħaddi minn diversi egg fried jellyfish ta’ qisien enormi. Ta’ min jgħid li dawn it-tip ta’ jellyfish mhumiex perikolużi għall-bniedem.