Tifel Palestinjan ta’ 13-il sena ġie arrestat b’rabta ma’ sparatura li seħħet f’Ġerusalem is-Sibt. Żewġ persuni – missier u iben – sofrew ġrieħi serji filwaqt li l-aggressur intlaqat minn xi persuni li kienu għaddejjin mill-akwati.
Il-pulizija Iżraelita arrestat 42 persuna b’rabta ma’ sparatura separata li seħħet ilbieraħ f’sinagoga f’Ġerusalemm. FL-isparatura, li qiegħda tkun meqjusa bħala l-iktar attakk fatali fl-aħħar snin, inqatlu seba’ persuni u oħrajn sofrew ġrieħi.
Skont rapporti jidher li l-aggressur f’dan il-każ inqatel waqt li beda jispara fuq in-nies u aktar tard ġie identifikat ukoll bħala Palestinjan
B’reazzjoni għall-attakki li seħħew ftit sigħat bogħod minn xulxin, l-awtoritajiet Iżraeliti stazzjonaw b’mod permanenti uffiċjali ta’ kontra t-terroriżmu f’diversi żoni madwar il-pajjiż.