Wednesday, July 24, 2024

Tifel ta’ 13 -il sena fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Santa Luċija

Aqra wkoll

Tifel ta’ 13 -il sena jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħbata tal-11:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Katerina Vitale f’Santa Luċija.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-vittma intlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Auris misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport