Friday, April 26, 2024

Tifel ta’ 14-il sena fost tlieta akkużati bl-użu ta’ dokumenti foloz

Aqra wkoll

Tliet żgħażagħ Marokkini tressqu taħt arrest il-Qorti fejn kienu mixlijin bl-attentat ta’ użu ta’ karta tal-identità falza. 

Atman Mini ta’ 18-il sena, Elmoudene Jousef ta’ 24 sena, Mohammed El Ghezouuani ta’ 14-il sena, kienu mixlijin li fid-19 ta’ Settembru li għadda għamlu użu minn dokumenti ffalsifikati, b’Atman Mini jiġi mixli wkoll li nhar il-31 ta’ Lulju li għadda għall-ħabta ta’ bejn it-3.30 a.m. u l-5.30 a.m. ħarab waqt li kien fil-kustodja ta’ persuni inkarigati.

L-uffiċjal prosekutur Hubert Gerada qal lill-Qorti li t-tifel baqa’ jinsisti li huwa kellu 17-il sena, u kien qiegħed iġorr ukoll karta tal-identità ta’ 19-il sena, minkejja li kellu apparenza ta’ età tenera. Fil-fatt, mat-traduttur fil-Qorti, it-tifel finalment ikkonferma li kellu 14-il sena.

It-tliet imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjubin fil-konfront tagħhom.

L-Avukat difensur tal-għajnuna legali Martha Misfud appellat biex it-tifel ma jiingħatax sentenza ta’ arrest effettiv, iżda jingħata l-attenzjoni u l-għajuna kollha neċessarja, flimkien ma’ sentenza sospiża.

Il-Qorti tat sentenza ta’ priġunerija effettiva lil Mini, bit-tifel ta’ 14-il sena jingħata sentenza ta’ xahrejn priġunerija sospiżi għal sena, b’Elmoudene Jousef jingħata sentenza sospiża ta’ priġunerija ta’ sitt xhur.

Sport