Sunday, October 5, 2025

Tifel ta’ 14-il sena jsofru ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Gudja

Aqra wkoll

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Suzuki Baleno misjuqa minn raġel ta’ 49 residenti s-Swieqi u Hyundai Getz misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti San Ġwann. Il-Hyundai marret fil-karreġġjata opposta u ħabtet ma’ Renault Captur.

Ir-Renault kienet misjuqa minn raġel ta’ 50 sena. Fil-vettura miegħu kien hemm ukoll żewġ nisa ta’ 69 sena u 43 sena kif ukoll tifla u tifel ta’ 14-il sena, ilkoll residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara ta’ 43 sena flimkien maż-żewġt itfal l-Isptar Mater Dei. Iktar tard it-tifel ta’ 14-il sena kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla u l-mara ta’ 43 sena ġarrbu ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport